L- Armar li Jsebbah lil Beltna fil- Festa ta' Ommna Marija Immakulata 

F'Bormla. l-festa titulari tigi ccelebrata b'solennita' kbira fil-bidu tax-xahar ta' Dicembru. It-Tradizzjoni ta' Pajjizna hija li ghal dawn il-granet it-toroq tal-Bliet u Rhula Maltin jizzejnu b'tizjin specjali biex b'hekk ikun hemm iktar x'wiehed jista' jara. Ghad li l-festa Bormliza tigi ccelebrata fi zmien, meta t-temp ikun diga tqalleb xi ftit jew wisq, n-numru kbir ta' armar, li jispikka l-iktar fihom huwa x-xoghol fl-injam, naraw li ma jnaqas xejn fil-kwantita' u l-kwalita' tieghu, tant li jhabata ma' l-aqwa festi ta' Malta. Fin-numru wkoll ma jaghmilx ghajb, ghax ghad li tigi ccelebrata f'Dicembru ghandna armar daqs u iktar minn Festi li jigu ccelebrati fis-sajf. Il-manutenzjoni fuq dan l-armar issir is-sena kollha, fil-Mahzen "8 ta' Dicembru 1854" li l-Ghaqda Delettanti tal-Festa ghandha fi Sqaq l-Oratorju. Fil-bidu t'Ottubru, fit-toroq taghna tibda attivita' kontinwa' li biha jibda jinhareg l-armar u li bix-xoghol li jsir kuljum, naslu ghall-Jum tant mistenni tat-8 ta' Dicembru.

F'dan l-artiklu se naghtu harsa hafifa dwar l-armar li naraw f'Beltna fil-granet tal-Festa taghna.

TRUFEJ

Fil-jiem tal-festa, f'Beltna wiehed ikun jista' jammira kwantita kbira ta' armar mahdum fl-injam. Fost dawn hemm xejn inqas minn hames settijiet ta' trufej li kollha jvarjaw fid-daqs minn wiehed ghall-iehor u kollha ghandhom xi haga partikulari li taghmilhom unici f'pajjizna. Jekk nibda il-mixja taghna minn Misrah Gavino Gulia, jew ahjar il-Pjazza li fiha hemm il-Monument tac-Centinarju, hawnhekk fil-prezent insibu l-izghar sett ta' trufej li nsibu armat go beltna. Il-kolonna taghhom ghadha stil antik, igifieri shiha, u ghalhekk din tinvolvi wkoll ammont kbir ta' xoghol meta tintrama, ghax l-arblu ta' go fiha jkun irid jigi arbulat bil-kolonna tat-trufej b'kollox. L-armi ta' dan it-trufej huma kollha identici u fihom jiffiguraw in-Nome di Maria. Ta' min isemmi li dan huwa wiehed mill-iktar trufej antik b'mod specjali l-armi tieghu. Jekk inkompli bil-mixja taghna fi Triq ix-Xatt ta' Bormla, naraw sett ta' tnax-il trufej iehor. Dan huwa trufej ikbar fid-daqs u kien inxtara mill-Kazin tal-Banda De Rohan ta' Haz-Zebbug. Fl-1999 sar restawr mehtieg fuqu. L-armi tieghu huma wkoll sbieh u fihom skultura helwa ta' l-injam li hija kollha differenti minn xulxin.

It-Trufej il-Kbir jintrama fin-nahiet ta' Santa Tereza. Dan huwa trufej ricenti meta tqis li x-xoghol fuqu beda madwar hamsa u ghoxrin sena ilu. Zgur li f'dak iz-zmien kien wiehed mill-aqwa trufej li jintrama f'Pajjizna u hekk ghadu sal-lum. Huwa wkoll wiehed mill-ikbar settiijiet ta' trufej li nsib f'Pajjizna jekk mhux l-ikbar. Mieghu jintramaw sett ta' bandalori ta' l-Appostli li huma l-ewwel xoghol tal-Kav. Pawlu Camilleri Cauchi li ghamel ghat-toroq taghna.

It-trufej li jintrama fi Pjazza Paolino Vassallo, jew ahjar fil-Pjazza tal-Kazin tal-Banda, huwa maghruf maghna bhala t-trufej tar-Ruzarju. Dan ghaliex il-bandalori li nsibu mieghu jaffiguraw posti tar-Ruzarju li ghandhom x'jaqsmu mal-Madonna. Huwa xoghol tal-Professur Nikola Zammit, u wiehed jista' jammira s-sbuhija fl-iskultura ta' l-injam li fih. L-armi tieghu jgibu fuqhom armi tal-Papiet li ghandhom rabta mal-Belt Cospicua u l-Kardinali tal-Grajja ta' l-Inkurunazzjoni.

L-ahhar sett ta' trufej u wiehed mill-isbah jekk mhux l-isbah trufej ta' Malta, huwa bla dubju ta' xejn, it-trufej tas-Salib li jintrama fin-nizla tal-Knisja. Waqt restawr li sar fis-sena 2006/07, sirna nafu li dan it-trufej sar fis-sena 1890, u x'aktarx li huwa disinn ta' Abram Gatt. Ix-xoghol ta' skultura rikka li fih dan it-trufej taghmlu uniku u zgur li jibqa' attrazzjoni specjali ghal kull min jigi f'Bormla fil-granet sbieh tal-Festa. Ir-restawr li sar fuqu dan l-ahhar tah lura l-istat originali tieghu.

KOLONNI KBAR.

Bormla minn dejjem kienet maghrufa wkoll ghall-kolonni kbar li jintramaw fil-festa taghna. Sa erbghin sena ilu, kien hawn biss kolonna wahda li kienet kbira ferm, billi dawk li kellna qabel il-gwerra kienu intiflu fit-tigrif li gabet maghha t-Tieni Gwerra Dinjija. Fost dan it-tigrif intilfet il-Kolonna ta' l-Inkurunazzjoni u l-Kolonna ta' Malta. L-unika wahda li salvat kienet dik li llum tintrama fi Pjazza Paolino Vassallo bil-Madonna fuqha.

Din il-kolonna saret fis-sena 1890, fuq disinn tal-Professur Nikola Zammit. Hija l-iktar kolonna gholja fil-gzejjer Maltin. Ta' min isemmi li qabel is-sena 1979, din il-kolonna kienet l-kolonna li fuqha kienet titella' l-istatwa tal-Papa Piju IX. Fl-1979, l-Ghaqda Delettanti tal-Festa, hasbu li tkun haga xierqa li ssir kolonna gdida u statwa tal-Kuncizzjoni biex tiddawwar madwar beltna nha is-6 ta' Dicembru u dan il-hsieb ma damx ma sar realta'. Giet ordanta statwa tal-Kuncizzjoni fuq dik li hemm fil-Knisja ta' San Frangisk, ir-Rabat Ghawdex li hija xoghol il-Bormliz Salvu Psaila. Ghalhekk billi dan l-iskultur kien Bormliz kien tassew xieraq li ssir statwa replika ta' dik li ghamel huwa. Giet mahduma ghand is-Surmast Michael Camilleri Cauchi. Sadanittant, l-istess kumitat tal-Festa, avvicina lis-Sur Carmelo De Lorenzo minn Bormla biex jaghmel kolonna gdida. Billi l-kolonna ta' Zammit hija aktar ta' pregju kien hsieb ghaqli li fuqha tibda titella' l-Madonna, u ghalhekk l-istatwa tal-Papa bdiet titella' fuq il-Kolonna l-gdida.

Kulhadd jiftakar il-festi kbar li saru fl-okkazzjoni tal-Mitt Sena mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari taghna l-Bormlizi. Il-Kumitat tal-Festa, ra li kienet tkun haga xierqa li ghal din l-okkazzjoni terga' tibda tintrama l-Kolonna ta' l-Inkurunazzjoni li semmejt iktar qabel f'dan l-artiklu. Ghalhekk nbdiet il-hidma fuqha. Nistu' nghidu li iktar saret gdida kompletament ghax kwazi intilfet kollha fit-tigrif tal-gwerra. U wara hafna xoghol importanti fuq din il-kolonna, sebah il-jum tad-19 ta' Gunju 2005 u mieghu sebhet gurnata ta' xoghol ghall-membri tac-Centru 19 ta' Novembru ghax f'din il-gurnata wara sittin sena kellha terga tintrama' l-Kolonna l-Gdida. Inhadmet statwa gdida ghaliha li turi t-Trinita' tinkuruna l-Madonna fis-sema, xoghol l-istatwarju Pawlu Aquilina tar-Rabat Ghawdex.

Ma dawn it-tliet kolonni, wiehed ma jridx jinsa li hemm tnejn ohra li huma kbar fid-daqs pero icken mill-ohrajn. Dawn huma ta' Malta u ta' l-Anglu tal-Kolleggjata. Dik li llum fuqha tintrama l-istatwa ta' Malta mhux minn dejjem kienet taghha, ghax din l-istatwa kellha kolonna ikbar u sabiha hafna, li sfortunatament intilfet fil-gwerra. Il-kolonna prezenti kienet ta' statwa ta' San Mikiel li ntilfet fil-gwerra wkoll. Il-kolonna ta' l-Anglu tal-Kolleggjata tkompli mas-sett tat-trufej tas-Salib u hija wahda eleganti hafna. Ghandha l-bazi wiesa' u paxxut waqt li fin-nofs titla' l-bqija tal-kolonna fuq skala idjeq li taghmila wkoll kolonna unika.

ARMAR IEHOR.

Dawk li semmejna diga mhumiex l-unici kolonni u armar li nsibu fit-toroq ta' Beltna. Maghhom irridu nzidu ohra. Biswit it-trufej il-kbir hemm sett ta' tmien pilandri li jikkumplimentaw l-istess trufej. Fil-fatt l-istess kolonni saru bl-istess disinn tat-trufej. Sett pilandri bil-kolonni maghhom jintramaw fi Pjazza 25 ta' Gunju 1905, jew ahjar fil-Pjazza ta' fejn il-Knisja. Fin-nizla tal-Knisja wkoll insibu sett pilandri li huma izghar mis-settijiet l-ohrajn u li meta jkunu mixghula jkunu jikkumplimentaw l-armar tan-nizla.

Quddiem il-Knisja Parrokkjali nsibu sett ta' erba' statwi li ghandhom il-Kolonni identici. Dawn izommu fuqhom xbiehat ta' Sant'Anna, San Gwakkin, David u Ezejkel. Maghhom insibu sett ta' erba' pilandri ohra. Biswit il-Knisja wkoll, insibu statwa tal-Papa Qaddis Piju X. Din l-istatwa ghandha wkoll kolonna unika hafna u b'disinn mirqum. Fl-istess inhawi nsibu statwa tas-Sagra Familja li ghandha l-Kolonna xi ftit jew wisq ikbar mill-ohrajn. Zewg kolonni identici jintramaw wahda quddiem il-Mina ta' Santa Liena li fuqha titpogga l-istatwa tal-Gran Mastru Kottonera, u l-ohra fuq San Pawl, bl-istatwa ta' Guditta.

Quddiem il-Monument tal-Pellegrinagg insibu zewg kolonni bi trufej zghir li fl-arma taghhom naraw l-armi ta' Kottoner u Zondadari, zewg Granmastri bil-rabta ma' din il-belt. Ta' min isemmi li ma' dawn it-trufej jitellghu zewg bandalori rrakkmati bid-deheb. Kolonna uniku u wahdanija hija dik li maghna l-Bormlizi hija maghrufa bhala l-Bahri. Huwa trufej sabih ferm u kolossali li wahdu huwa attrazzjoni unika.

Fin-nizla tal-Knisja jintramaw ukoll sett ta' tmien pavaljuni tad-dawl u biswit il-knisja jintramaw tliet kuruni kbar li jdawlu l-inhawi. Ma dawn wiehed ma jridx jinsa jsemmi d-diversi settijiet ta' bnadar li jkopru minn fejn il-Mina ta' Ghajn Dwieli, San Gwann t'Ghuxa, Polverista, u x-Xghira ta' Bormla flimkien ma' certu zoni ohra. Ma dawn wiehed irid isemmi l-Bandalori li jintramaw minn Fuq San Pawl, Triq l-Inkurunazzjoni u Pjazza Gavino Gulia, Triq ix-Xatt ta' Bormla (zewg settijiet) Pjazza Paolino Vassallo (zewg settijiet) Triq Santa Tereza, Pellegrinagg, u Pjazza 25 ta' Gunju 1905. Irridu nsemmu wkoll id-diversi settijiet ta' pavaljuni li jintramaw fit-toroq l-Oratorju, San Gorg, Santa Margerita, Santa Marija (responsabilita' tat-Triq imsemmija), Triq Bormla (responsabbilita' tat-Triq imsemmija) u Fuq San Pawl li x-xoghol fuqhom ghadu ghaddej.

MILL-IMHAZEN TA' L-ARMAR.

Fil-prezent fil-mahzen ta' l-armar tinsab ghaddejja b'ritmu mghaggel hidma kbira fuq dan l-armar kif stajtu tinnutaw f'dawn l-ahhar snin. Dak li hemm qed jigi rrangat biex ikompli jitgawda, dak li kien twarrab wara l-gwerra qed jigi rrangat mill-gdid biex ikun jista' jerga jinhareg, u maghhom, fl-istess hin, bid-diversi ideat tad-diversi membri, dejjem naraw x'nistu' naghmlu gdid biex b'hekk il-festa taghna dejjem tkompli tikber.


NB. F'dan l-artiklu rajna fuq fuq l-armar li ghandna f'beltna. Zgur li wiehed dilettant biex japprezza dan ix-xoghol ghandu jigi f'Beltna fil-jiem tal-festa.

This site was designed with the
.com
website builder. Create your website today.
Start Now