Min Ahna 

Il-lok fejn jiltaqghu d-dilettanti tal-festa hawn f'Bormla, huwa taht iz-zuntier tal-Knisja Parrokjali. Fi zminijietna huwa centru ta' attivita kontinwa ghall-festa ta' barra. Jiltaqa' l-kumitat kif ukoll ghadd gmielu ta' irgiel, zghazagh u wkoll nisa matul is-sena biex jingabru fondi mehtiega ghall-festa. Barra dan isir ukoll f'postijiet ohra r-restawr u xoghol gdid ta' armar fl-injam, hjata, drapp, skultura, irhamar, induratura u hidma ohra ukoll fuq dwal. Huwa bil-hidma bla heda tal-kumitat u bosta individwi li l-Belt ta' Bormla tintrama hekk sabih ghall-Festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni. Hawn wiehed isemmi kemm nies hadmu fis-snin l-imghodijja u ghadhom jahdmu sena wara ohra ghax ihobbu il-festa.

Fis-snin wara il-gwerra niftakar li wkoll kien hemm kumitat tal-festa. Imbaghad min jista' jinsa lill-Kan. Dun Gorg Abela, li ma bormla kollha kien sinonimu mal-gbir tal-festa tal-Kuncizzjoni ghal bosta snin. Dan ix-xoghol baqa' jitwettaq wkoll anki fiz-zminijiet mhux felici. Naturalment kellu l-ghajnuna ukoll ta' ghadd kbir ta' voluntieri fosthom uhud li minnom wara twieldet L- GHAQDA DILETTANTI TAL- FESTA. Din l-ghaqda nholqot minn ghadd ta' volontieri li bdew jinteressaw ruhom sew fil-festa u maz-zmien komplew jissahhu, u jikbru u jahdmu ghall-festa (jirrangaw l-armar, jghamlu statwi, jsewwu l-hsarat, u jaghmlu opri godda). Biex ikun jista' jsir dan kollu maz-zmien hadu l-post li semmejna, taht iz-zuntier tal-knisja u rrangawh u kabbruh biex ikollhom fejn jiltaqghu, jippjanaw u jahdmu tul is-sena kollha. Ix-xoghol baqa' dejjem miexi 'l quddiem u l-armar kompla jizdied u jsebbah il-pjazez u t-toroq tal-Belt Cospicua fil-jiem tal-festa. Fl-1994, gewwa Bormla, saru festi specjali u nfirxu wkoll f'Birkirkara u bnadi ohra, f'eghluq il-Hamsin Sena mill-Pellegrinagg Nazzjonali, li sar nhar id-19 ta' Novembru 1944, meta b'weghda ngiebu bil-mixi minn B'Kara ghal Bormla, ix-xbiehat ta' l-Immakulata, fi tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija li halliet lil Bormla mgarrfa u wliedha mxerrdin ma kullimkien! Dakinhar, il-Madonna gabret lil kulhadd. U Bormla bdiet bl-ewwel passi biex tqum mill-gdid.

F'dik is-sena Cinkwantinarja saru bosta celebrazjonijiet li nfethu f'Jannar b'gimgha ta' attivitajiet. Nhar il-Hadd 9 ta' Jannar 1994, wara quddiesa koncelebrata mill-Wisq Rev. Arcipriet il-Kan. Victor Cilia, flimkien mal- Wisq Rev. Kapitlu tal-Kolleggjata ta' Bormla sar programm ta' attivitajiet li gew trasmessi diretti fuq l-istazzjon nazzjonali TVM. Dan kien il-ftuh ufficjali ta' sena ta' Celebrazzjoni. L-Ecc Tieghu Dr. Censu Tabone, li kien il- President ta' Malta, wara cerimonja qasira ghamel kelmtejn fejn fahhar l-inizjattiva ghal dawk il- komemorazzjonijiet u wara kixef il-lapida bl-isem il-gdid tat-triq min-nahiet ta' St. Liena sar-Rialto, saret TRIQ IL-PELEGRINAGG - 19 TA' NOVEMBRU 1944.

Wara din ic-cerimonja, l-Arcipriet stieden lill-President Tabone biex izur il-post ta' l-Ghaqda Dilettanti tal-Festa, fejn jiltaqa' l-Kumitat Festi Esterni, u l-lokal inghata l-isem ta' CENTRU 19 TA' NOVEMBRU 1944. Bhala tifkira inkixfet lapida zghira bl-isem ta' dan l-istess centru, fejn il-hajja u l-attivita dejjem sejra b'risq il-festa tal-Kuncizzjoni hekk devota u popolari gewwa Bormla, il-Belt ta' l-Immakulata.

This site was designed with the
.com
website builder. Create your website today.
Start Now